23 In-nies taʼ dan il-ġens jaqbdu l-qaws u l-lanza.*+ Huma kefrin, u ma tiġihom l-ebda ħasra. Leħinhom se jgħajjat bħall-baħar,+ u jiġu rekbin fuq iż-żwiemel.+ Ħadu posthom għall-battalja kontrik bħal gwerriera, O bint Sijon.”+
8 U ż-żwiemel tiegħu eħfef mil-leopardi u iktar feroċi mill-ilpup taʼ fil-għaxija.+ U ż-żwiemel tiegħu tal-ġiri jħabbtu saqajhom maʼ l-art, u ż-żwiemel tiegħu tal-ġiri jiġu mill-bogħod. Itiru bħall-ajkla li ttir bil-ħeffa lejn xi ħaġa biex tikolha.+