6 U nitfaʼ s-sliem fuq l-art,+ u intom timteddu, u ħadd ma jġegħelkom titriegħdu;+ u neqred mill-art il-bhima salvaġġa li tagħmel il-ħsara,+ u sejf ma jgħaddix minn ġo artkom.+
6 U l-lupu se jgħammar għal xi żmien mal-ħaruf,+ u l-leopard jimtedd mal-gidi, u l-għoġol u l-iljun b’saħħtu+ u l-annimal magħluf tajjeb ilkoll flimkien;+ u tifel ċkejken se jkun mexxej fuqhom.
9 Mhux se jkun hemm iljuni, u l-bhejjem salvaġġi li jgħixu fuq il-priża m’humiex se jitilgħu minnha.+ Ebda wieħed minnhom ma se jinstab hemmhekk;+ u dawk mixtrijin lura jridu jimxu fiha.+
25 “Il-lupu+ u l-ħaruf jieklu flimkien,+ u l-iljun jiekol it-tiben bħall-barri;+ u ikel is-serp ikun it-trab.+ Ma jagħmlux ħsara+ jew ħerba fil-muntanja qaddisa kollha tiegħi,”+ qal Ġeħova.
18 U nagħmel patt għall-poplu tiegħi f’dak il-jum rigward il-bhima salvaġġa tar-rabaʼ+ u l-ħliqa li ttir fis-smewwiet u l-ħliqa li titkaxkar maʼ l-art, u neqred mill-pajjiż il-qaws u s-sejf u l-gwerra,+ u nħallihom jgħixu fis-sigurtà.+