-
Eżekjel 6:9Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
9 U dawk fostkom li jaħarbu żgur se jiftakruni fost il-ġnus fejn ikunu ttieħdu fil-jasar,+ għax qasmuli qalbi peress li l-qalb żienja tagħhom warrbet minni+ u għajnejhom qed jiġru wara l-idoli tagħhom moqżieża daqs id-demel biex jiżnu magħhom;+ u minn wiċċhom ikun jidher li qed jistkerrhu lilhom infushom minħabba l-affarijiet ħżiena li għamlu bl-affarijiet mistkerrhin kollha tagħhom.+
-
-
Żakkarija 12:10Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
10 “U se nsawwab fuq id-dar taʼ David u fuq l-abitanti taʼ Ġerusalemm l-ispirtu t’approvazzjoni+ u talb bil-ħrara,+ u huma jħarsu lejn Dak li kienu nifdu,+ u se jibku minħabba Fih bħalma jibku lil iben uniku; u se jkun hemm biki taʼ mrar minħabba fih bħal meta jkun hemm biki taʼ mrar minħabba l-ewwel iben imwieled.+
-