13 U l-għira t’Efrajm trid titlaq,+ u l-għedewwa taʼ Ġuda se jinqerdu wkoll. Efrajm ma jgħirx għal Ġuda, u lanqas Ġuda ma se jkun l-għadu t’Efrajm.+
18 “F’dawk il-jiem se jimxu maġenb xulxin, id-dar taʼ Ġuda maġenb id-dar taʼ Israel,+ u flimkien+ joħorġu mill-pajjiż tat-tramuntana għal ġol-pajjiż li tajt lil missirijietkom bħala wirt.+
4 “F’dawk il-jiem u f’dak iż-żmien,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova, “jiġu wlied Israel, huma u wlied Ġuda flimkien.+ Jimxu, u jibku huma u mexjin,+ u jfittxu lil Ġeħova Alla tagħhom.+