46 hu ssokta jgħidilhom: “Daħħlu fi qlubkom il-kliem kollu li llum qed ngħidilkom bħala twissija għalikom,+ sabiex tordnaw lil uliedkom biex joqogħdu attenti li jagħmlu l-kliem kollu taʼ din il-liġi.+
16 U warajhom, mit-tribujiet kollha taʼ Israel, dawk li kienu minn qalbhom qed ifittxu lil Ġeħova, l-Alla taʼ Israel, marru lejn Ġerusalemm+ biex joffru sagrifiċċji+ lil Ġeħova, l-Alla taʼ missirijiethom.
4 U r-raġel beda jkellimni u jgħidli: “Bin il-bniedem,+ ara b’għajnejk, u ismaʼ b’widnejk, u kun moħħok f’kulma se nurik, għax biex nurik int inġibt hawnhekk. Għid lil dar Israel b’kulma qed tara.”+