18 Jekk noħroġ fir-rabaʼ, nara lill-maqtulin bis-sejf!+ U jekk nidħol fil-belt, nara l-mard minħabba l-ġuħ!+ Għax kemm il-profeta u kemm il-qassis marru jiġġerrew f’pajjiż li ma kinux jafuh.’”+
2 U jiġri li jekk jgħidulek, ‘Fejn se mmorru?’ għidilhom, ‘Hekk qal Ġeħova: “Min hu għall-mard qattiel, għall-mard qattiel! U min hu għas-sejf, għas-sejf! U min hu għall-ġuħ,+ għall-ġuħ! U min hu għall-jasar, għall-jasar!”’+
12 Terz minnek—bil-pesti jmutu,+ u bil-ġuħ jintemmu f’nofsok.+ U terz ieħor—bis-sejf jaqgħu madwarek. U l-aħħar terz inxerridhom maʼ kull riħ,+ u nislet sejf għal warajhom.+