3 U l-glorja taʼ l-Alla taʼ Israel+ intrefgħet minn fuq il-kerubini+ li kienet fuqhom u marret lejn l-għatba tad-dar,+ u hu beda jsejjaħ lir-raġel liebes l-għażel+ u li fuq ġenbu kellu l-kaxxa tal-kitba taʼ segretarju.
2 U lir-raġel liebes l-għażel+ qallu: “Idħol bejn ir-roti li jduru bil-ħeffa,+ taħt il-kerubini, u imla l-pali taʼ idejk it-tnejn bil-ġamar+ tan-nar minn bejn il-kerubini u ixħtu fuq il-belt.”+ U daħal, quddiem għajnejja.