7 Għalhekk, Aħaż bagħat messaġġiera għand Tiglat-pileser+ is-sultan taʼ l-Assirja biex jgħidlu: “Jien il-qaddej tiegħek+ u ibnek. Itlaʼ u salvani+ minn idejn is-sultan tas-Sirja u minn idejn is-sultan taʼ Israel, li qamu kontrija.”
23 U beda joffri sagrifiċċji lill-allat+ taʼ Damasku+ li kienu qed jegħlbuh, u qal: “Peress li l-allat tas-slaten tas-Sirja qed jgħinuhom,+ jien lilhom se noffrihom is-sagrifiċċji, sabiex jgħinu+ lili.” U dawn saru l-kaġun taʼ tfixkil kemm għalih kif ukoll għal Israel kollu.+
18 U issa x’jinteressak mit-triq għall-Eġittu+ biex tixrob l-ilmijiet tas-Siħor?+ U x’jinteressak mit-triq għall-Assirja+ biex tixrob l-ilmijiet tax-Xmara?*
5 “U Oħola bdiet tipprostitwixxi ruħha,+ waqt li kienet taħt l-awtorità tiegħi, u kompliet tixgħel bil-passjoni għal dawk li ħabbewha b’mod appassjonat,+ għall-Assirjani,+ li kienu fil-qrib,