24 Madankollu, xi tliet xhur wara lil Ġuda qalulu: “Tamar, mart ibnek, għamlitha taʼ prostituta,+ u, ara, ħarġet tqila+ bil-prostituzzjoni tagħha.” U Ġuda wieġeb: “Oħorġuha u aħarquha.”+
10 “‘Issa raġel li jagħmel adulterju maʼ mart raġel ieħor ikun għamel adulterju maʼ mart sieħbu.+ Żgur li għandu jingħata l-mewt, sew l-adulteru u sew l-adultera.+
22 “Jekk raġel isibuh mimdud maʼ mara li diġà jkollha sidha,+ it-tnejn li huma mbagħad għandhom imutu flimkien, ir-raġel li mtedd mal-mara u l-mara.+ Għalhekk, trid teqred il-ħażen minn ġo Israel.+