23 kubrit u melħ+ u ħruq,+ u b’hekk l-art kollha tagħha la tinżeraʼ, la tnibbet, u lanqas ebda ħaxix ma jikber fiha, bħalma ġara fil-qerda taʼ Sodoma u Gomorra,+ Adma+ u Sebojim,+ li Ġeħova qered fir-rabja tiegħu u fil-korla tiegħu;+
9 L-espressjoni stess taʼ wiċċhom tixhed kontrihom,+ u jgħidu dwar id-dnub tagħhom li jixbah lil taʼ Sodoma.+ Ma ħbewhx. Gwaj għalihom! Għax ġabu l-gwaj fuqhom infushom.+
14 U fil-profeti taʼ Ġerusalemm rajt affarijiet orribbli,+ għax jagħmlu adulterju+ u jimxu bil-gideb;+ u saħħew idejn il-ħżiena sabiex ħadd minnhom ma jerġaʼ lura+ minn ħżunitu. Għalija saru lkoll bħal Sodoma,+ u l-abitanti tagħha bħal Gomorra.”+
7 Hekk ukoll Sodoma u Gomorra u l-bliet taʼ madwarhom,+ wara li bl-istess mod bħal dawn taʼ qabel taw ruħhom kompletament għaż-żína u ntelqu għall-użu mhux naturali tal-ġisem,+ jitqiegħdu quddiemna bħala eżempju taʼ twissija+ billi ħadu l-kastig ġudizzjarju tan-nar taʼ dejjem.+