7 Għall-kobor tal-ħakma tiegħu+ bħala prinċep u għall-paċi ma jkun hemm ebda tmiem,+ fuq it-tron taʼ David+ u fuq saltnatu sabiex jistabbiliha fis-sod+ u jsaħħaħha permezz tal-ġustizzja+ u s-sewwa,+ minn issa ’l quddiem u għal dejjem.* L-istess żelu taʼ Ġeħova taʼ l-armati se jagħmel dan.+
25 U se jgħammru fl-art li jien tajt lill-qaddej tiegħi, lil Ġakobb, li fiha għammru missirijietkom,+ u se jgħammru fiha,+ huma u wliedhom u wlied uliedhom għal żmien indefinit,+ u David il-qaddej tiegħi jkun il-kap ewlieni tagħhom għal żmien indefinit.+
14 U lilu ngħataw ħakma,+ dinjità,+ u saltna,+ sabiex il-popli, il-ġnus, u l-lingwi jaqdu kollha lilu.+ Il-ħakma tiegħu hi ħakma li tibqaʼ għal dejjem* u li ma tgħaddix, u saltnatu, waħda li ma tinqeridx.+
7 U lil dak li kien izappap nagħmlu fdal,+ u lil dak li kien imwarrab ’il bogħod nagħmlu ġens setgħan;+ u Ġeħova se jsaltan fuqhom fuq il-Muntanja Sijon, minn issa ’l quddiem u għal dejjem.+
15 U s-sebaʼ anġlu daqq it-trumbetta tiegħu.+ U fis-sema kien hemm ilħna għoljin li bdew jgħidu: “Is-saltna tad-dinja saret is-saltna tal-Mulej tagħna+ u tal-Kristu* tiegħu,+ u hu jsaltan għal dejjem taʼ dejjem.”+