Salm 119:98 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 98 Iktar għaref mill-għedewwa tiegħi jagħmilni l-kmandament tiegħek,+Għax hu tiegħi għal dejjem.+ Proverbji 2:6 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 6 Għax Ġeħova jagħti l-għerf;+ minn fommu joħorġu l-għarfien u d-dixxerniment.+ Ekkleżjasti 2:26 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 26 Għax lill-bniedem li hu tajjeb quddiemu,+ Alla tah għerf, għarfien, u ferħ,+ imma lill-midneb tah ix-xogħol li jiġbor u jiġmaʼ sempliċement biex jagħtih lil min hu tajjeb quddiem l-Alla l-veru.+ Dan ukoll frugħa u ġiri wara r-riħ.+ Isaija 28:26 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 26 U jiġi koreġut+ skond dak li hu sewwa. Alla tiegħu stess jistruwih.+
26 Għax lill-bniedem li hu tajjeb quddiemu,+ Alla tah għerf, għarfien, u ferħ,+ imma lill-midneb tah ix-xogħol li jiġbor u jiġmaʼ sempliċement biex jagħtih lil min hu tajjeb quddiem l-Alla l-veru.+ Dan ukoll frugħa u ġiri wara r-riħ.+