24 U s-siġar kollha tar-rabaʼ se jkollhom ikunu jafu li jien, Ġeħova,+ baxxejt is-siġra għolja,+ għollejt is-siġra baxxa,+ nixxift is-siġra ħadra+ u ġegħelt lis-siġra niexfa twarrad. Jien, Ġeħova, tkellimt u wettaqt.”’”+
17 Bid-digriet taʼ l-għassiesa+ hi din il-ħaġa, u bi kliem il-qaddisin hu l-verdett, bil-ħsieb li l-ħajjin ikunu jafu li l-Iktar Għoli hu l-Ħakkiem fis-saltna tal-bnedmin,+ u li lil min irid hu jagħtiha+ u jqiegħed fuqha saħansitra lill-inqas wieħed fost il-bnedmin.”+
35 U l-abitanti kollha taʼ l-art qed jitqiesu bħax-xejn,+ u hu qed jaġixxi skond ir-rieda tiegħu stess maʼ l-armata tas-smewwiet u maʼ l-abitanti taʼ l-art.+ U m’hemm ħadd li jistaʼ jżommlu idu+ jew li jistaʼ jgħidlu, ‘X’għamilt?’+