LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Isaija 19:3
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 3 U f’nofsu se jkollhom spirtu mifxul dawk li jgħammru fl-​Eġittu,+ u jien se nħawwad il-​pjanijiet tagħhom.+ U huma żgur imorru għand l-​allat bla siwi+ u għand is-​sħaħar u għand il-​medji taʼ l-​ispirti u għand dawk li xogħolhom hu li jbassru l-​ġrajjiet.+

  • Isaija 47:13
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 13 Int għejejt daqskemm għandek min jagħtik pariri. Ħa jqumu, issa, u jsalvawk, dawk li jqimu s-​smewwiet, dawk li jħarsu lejn il-​kwiekeb,+ dawk li mill-​qmura ġodda jagħtu l-​għarfien dwar x’se jiġrilek.

  • Danjel 2:10
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 10 Il-Kaldin wieġbu quddiem is-​sultan u qalulu: “Ma jeżisti ebda bniedem fuq l-​art niexfa li hu kapaċi juri l-​kwistjoni tas-​sultan, ladarba ebda sultan grandjuż jew gvernatur ma talab ħaġa bħal din mingħand xi qassis li jipprattika l-​maġija jew xi ħadd li jsejjaħ lill-​ispirti jew xi Kaldew.

  • Danjel 2:27
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 27 Danjel wieġeb quddiem is-​sultan u qallu: “Is-​sigriet li s-​sultan qed jistaqsi dwaru, la l-​għorrief, la dawk li jsejħu lill-​ispirti, la l-​qassisin li jipprattikaw il-​maġija, u lanqas l-​astroloġi m’għandhom il-​ħila juruh lis-​sultan.+

  • Danjel 4:7
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 7 “Imbagħad daħlu l-​qassisin li jipprattikaw il-​maġija, dawk li jsejħu lill-​ispirti, il-​Kaldin,+ u l-​astroloġi;+ u jien għedt quddiemhom x’kienet il-​ħolma, imma huma ma tawnix l-​interpretazzjoni tagħha.+

  • Danjel 5:7
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 7 Is-sultan beda jgħajjat b’leħen għoli biex iġibulu lil dawk li kienu jsejħu lill-​ispirti, lill-​Kaldin, u lill-​astroloġi.+ Is-​sultan tkellem u qal lill-​għorrief taʼ Babilonja: “Min jaqra din il-​kitba u jinterpretahieli jiġi mlibbes il-​porpra,+ b’ġiżirana tad-​deheb madwar għonqu, u jaħkem bħala t-​tielet wieħed fis-​saltna.”+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja