23 Lilek, O Alla taʼ missirijieti, qed infaħħar u rrodd ħajr,+ għaliex tajtni l-għerf+ u s-setgħa. U issa lili għarraftni b’dak li tlabniek, għax int għarraftna bil-kwistjoni tas-sultan.”+
28 Madankollu, jeżisti Alla fis-smewwiet li hu Dak li jirrivela s-sigrieti,+ u hu għarraf lis-Sultan Nebukadnessar x’għandu jseħħ fl-aħħar parti tal-jiem.+ Il-ħolma tiegħek u l-viżjonijiet li ġewk f’rasek fuq soddtok huma dawn:
47 Is-sultan wieġeb lil Danjel u qallu: “Tassew li l-Alla tagħkom hu Alla taʼ l-allat,+ Sid is-slaten,+ u Dak li jirrivela s-sigrieti, għaliex int kellek il-ħila tirrivela dan is-sigriet.”+