5 “U, ara, bhima oħra, it-tieni waħda, li kienet qisha ors.+ U fuq ġenb wieħed ġiet merfugħa ’l fuq,+ u kien hemm tliet kustilji f’ħalqha bejn snienha; u kienu qed jgħidulha dan, ‘Qum, kul ħafna laħam.’+
3 Meta rfajt għajnejja ħarist, u rajt muntun+ wieqaf quddiem il-kanal taʼ l-ilma, u kellu żewġt iqrun. U ż-żewġt iqrun kienu twal, imma wieħed kien itwal mill-ieħor, u l-itwal kien dak li telaʼ wara.+
“Ara! Għad ikun hemm tliet slaten li jqumu fil-Persja,+ u r-rabaʼ wieħed+ jiġmaʼ iktar rikkezzi mill-oħrajn kollha.+ U malli jsir b’saħħtu bir-rikkezzi tiegħu, hu jqum b’kulma għandu kontra s-saltna tal-Greċja.+