8 U bqajt inħares sew lejn il-qrun, u, ara, qarn ieħor, wieħed żgħir,+ telaʼ bejniethom, u tlieta mill-ewwel qrun tqaċċtu minn quddiemu. U, ara, kien hemm għajnejn bħall-għajnejn taʼ bniedem f’dan il-qarn, u fomm jitkellem affarijiet arroganti.+
11 “Bqajt inħares dak il-ħin minħabba l-ħoss tal-kliem arroganti li kien qed jgħid il-qarn;+ bqajt inħares sakemm il-bhima nqatlet u ġisimha ġie mitfugħ fin-nar iħeġġeġ u nqered.+