48Isimgħu dan, O dar Ġakobb, intom li qed tissejħu bl-isem taʼ Israel+ u li ħriġtu mill-ilmijiet taʼ Ġuda,+ intom li taħilfu bl-isem taʼ Ġeħova+ u li ssemmu lill-Alla taʼ Israel,+ mhux bil-verità u mhux bis-sewwa.+
11 Il-kapijiet tagħha jixxaħħmu biex jagħmlu l-ħaqq,+ u l-qassisin tagħha jitolbu l-ħlas biex jgħallmu,+ u l-profeti tagħha jipprattikaw it-teħbir għall-flus;+ u fl-istess ħin jibqgħu jistrieħu fuq Ġeħova u jgħidu: “Ġeħova mhux f’nofsna qiegħed?+ Ebda gwaj ma jiġi fuqna.”+
16 Huma jistqarru pubblikament li jafu lil Alla,+ imma jiċħduh b’dak li jagħmlu,+ għaliex huma mistkerrhin u diżubbidjenti u m’huma approvati+ għal ebda xorta t’għemil tajjeb.