21 U dnubkom li kontu għamiltu, l-għoġol,+ ħadtu u ħraqtu fin-nar u farraktu u tħantu sew sakemm sar fin bħat-trab; imbagħad tfajt it-trab tiegħu fil-wied li kien nieżel mill-muntanja.+
28 Għaldaqstant, is-sultan ħa parir+ u għamel żewġ għoġiela+ tad-deheb u qal lill-poplu: “Huwa wisq għalikom li titilgħu Ġerusalemm. Hawn hu Alla tiegħek,+ O Israel, li tellgħek u ħarġek mill-art taʼ l-Eġittu.”+
5 “Dan kollu qed iseħħ minħabba l-irvell taʼ Ġakobb, saħansitra minħabba d-dnubiet taʼ dar Israel.+ X’inhu l-irvell taʼ Ġakobb? Mhux is-Samarija?+ U x’inhuma l-postijiet għall-qima* taʼ Ġuda?+ Mhux Ġerusalemm?