7 Għalhekk, ulied Israel għamlu dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova, u bdew jinsew lil Ġeħova Alla tagħhom+ u marru jaqdu lill-Bagħalim+ u l-arbli sagri.+
31 U ġara, bħallikieku kienet ħaġa żgħira+ li jimxi fid-dnubiet taʼ Ġerobogħam+ bin Nebat, li hu ħa b’martu+ lil Ġeżabel+ bint Etbagħal, is-sultan tas-Sidonin,+ u beda jmur u jaqdi lil Bagħal+ u jmil quddiemu.
19 U issa ibgħat messaġġ u iġbor lil Israel kollu quddiemi fuq il-Muntanja Karmel+ flimkien maʼ l-erbaʼ mija u ħamsin profeta taʼ Bagħal+ u l-erbaʼ mitt profeta taʼ l-arblu sagru,+ li jieklu mill-mejda taʼ Ġeżabel.”+
16 U telqu l-kmandamenti kollha+ taʼ Ġeħova Alla tagħhom u għamlu statwi minn metall imdewweb,+ żewġ għoġiela,+ u għamlu arblu sagru,+ u bdew imilu quddiem l-armata kollha tas-smewwiet+ u jaqdu lil Bagħal;+
13 U nitlob kont+ minnha minħabba l-jiem li fihom offriet id-duħħan tas-sagrifiċċji+ lix-xbihat taʼ Bagħal,+ meta qagħdet tiżżejjen bil-ħoloq u l-ornamenti tagħha+ u tmur wara l-maħbubin appassjonati tagħha,+ u lili nsietni,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.