33 U beda jagħmel offerti fuq l-artal li kien bena f’Betel fil-ħmistax-il jum tat-tmien xahar, fix-xahar li qabad u għażel minn rajh;+ u għamel festa għal ulied Israel biex joffri fuq l-artal id-duħħan tas-sagrifiċċji.+
7 għall-iżbalji tagħhom u għall-iżbalji taʼ missirijiethom fl-istess ħin,”+ qal Ġeħova. “Talli offrew id-duħħan tas-sagrifiċċji fuq il-muntanji, u fuq l-għoljiet+ żebilħuni,+ jien ukoll qabel xejn inkejlilhom ħlashom fi ħdanhom.”+
15 Imma niesi nsewni+ għax joffru d-duħħan tas-sagrifiċċji lil xi ħaġa bla siwi,+ u għax iġiegħlu lil oħrajn jitfixklu fi triqathom,+ il-mogħdijiet taʼ żmien twil ilu,+ u jġegħluhom iduru lejn triqat oħrajn, lejn triq imħarbta,
2 U issa jerġgħu jidinbu u jagħmlu għalihom statwa mill-fidda mdewba tagħhom,+ idoli skond kif jifhmu huma,+ kollha xogħol in-nies tas-sengħa.+ Dwar l-idoli qed jgħidu, ‘Ħalli dawk il-bnedmin li jagħmlu s-sagrifiċċji jbusu l-għoġiela.’+