7 “Ma kienx għaliex kontu l-iktar kotrana mill-popli kollha li Ġeħova wera affezzjoni lejkom, u b’hekk għażilkom,+ għax intom kontu l-inqas mill-popli kollha.+
17 Ġeħova Alla tiegħek qiegħed f’nofsok. Bħala Wieħed setgħan, hu se jagħtik salvazzjoni.+ Se jithenna minħabba fik b’ferħ kbir.+ Se jistrieħ għax ikun sodisfatt bl-imħabba li wriek. Se jifraħ minħabba fik b’għajat hieni.