8 U se jkun hemm triq ewlenija+ hemmhekk, iva, triq; u se tissejjaħ it-Triq tal-Qdusija.+ Min m’huwiex nadif ma jgħaddix minnha.+ U se tkun għal min jimxi fit-triq, u mhux se jkun hemm boloh jiġġerrew fiha.
18 “Mhix se tinstemaʼ iktar il-vjolenza f’artek, it-tħarbit jew it-tiġrif ’il ġewwa mill-fruntieri tiegħek.+ U int ċertament li se ssejjaħ is-swar tiegħek Salvazzjoni+ u l-bibien tiegħek Tifħir.
15 “Ara! Fuq il-muntanji hemm is-saqajn taʼ dak li qed iġib aħbar tajba, dak li qed ixandar il-paċi.+ O Ġuda, iċċelebra l-festi tiegħek.+ Rodd il-wegħdi tiegħek;+ għaliex qatt iktar ma se jerġaʼ jgħaddi minn ġo fik xi ħadd li m’hu tajjeb għal xejn.+ Żgur li jinqered kollu kemm hu.”+
21 U kull borma kbira f’Ġerusalemm u f’Ġuda trid issir xi ħaġa qaddisa li hi taʼ Ġeħova taʼ l-armati, u dawk kollha li joffru sagrifiċċju jridu jidħlu u jieħdu minnhom u jgħallu fihom.+ U mhux se jkun hemm iktar xi Kangħani*+ fid-dar taʼ Ġeħova taʼ l-armati f’dak il-jum.”+
27 Imma kulma hu mniġġes u kulmin jibqaʼ jagħmel affarijiet moqżieża+ u jgħid il-gideb+ żgur ma jidħolx fiha;+ jidħlu biss dawk li huma miktubin fir-romblu tal-ħajja tal-Ħaruf.+