4 U jridu jibnu mill-ġdid il-postijiet li ilhom imħarbtin żmien twil; itellgħu l-postijiet abbandunati+ taż-żminijiet taʼ qabel,+ u jġeddu l-bliet imħarbtin,+ il-postijiet abbandunati minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.
33 “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Dakinhar li nnaddafkom mill-iżbalji kollha tagħkom se nġiegħel ukoll lill-bliet ikunu abitati,+ u l-postijiet imħarbtin iridu jinbnew mill-ġdid.+