Salm 103:19 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 19 Ġeħova stabbilixxa fis-sod it-tron tiegħu fis-smewwiet;+U saltnatu tiddomina fuq kollox.+ Salm 115:16 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 16 Is-smewwiet—taʼ Ġeħova huma s-smewwiet,+Imma l-art taha lil ulied il-bnedmin.+ Salm 136:26 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 26 Irringrazzjaw lill-Alla tas-smewwiet:+Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu hi għal dejjem.+