13 Ġeħova se joħroġ bħal raġel setgħan.+ Bħal gwerrier se jqanqal iż-żelu tiegħu.+ Se jgħajjat, iva, se jsemmaʼ għajta tal-gwerra;+ se juri li hu iktar setgħan mill-għedewwa tiegħu.+
10 Ma jiħodhomx il-ġuħ,+ u lanqas jaqbadhom l-għatx,+ ma jintlaqtux mis-sħana tikwi jew mix-xemx.+ Għax Dak li jitħassarhom se jmexxihom,+ u jiħodhom ħdejn in-nixxigħat taʼ l-ilma.+
12 Għax se toħorġu bla ebda paniku, u m’intomx se taħarbu tiġru.+ Għax Ġeħova se jmur qabilkom,+ u l-Alla taʼ Israel se jkun l-għassies li jimxi warajkom.+
14 U Ġeħova se jidher fuqhom,+ u l-vleġġa tiegħu se toħroġ bħal sajjetta.+ U l-Mulej Sovran Ġeħova se jdoqq il-qarn,+ u jmur maʼ l-irwiefen tan-nofsinhar.+
5 U jridu jsiru bħal irġiel setgħanin+ li jgħaffġu fit-tajn tat-toroq fil-battalja.+ U jridu jitqabdu fil-battalja, għax Ġeħova magħhom;+ u r-rikkieba taż-żwiemel se jkollhom iġarrbu mistħija.+