18 “Mhix se tinstemaʼ iktar il-vjolenza f’artek, it-tħarbit jew it-tiġrif ’il ġewwa mill-fruntieri tiegħek.+ U int ċertament li se ssejjaħ is-swar tiegħek Salvazzjoni+ u l-bibien tiegħek Tifħir.
19 U Ġeħova se jwieġeb u jgħid lill-poplu tiegħu, ‘Ara! Qed nibagħtilkom il-qmuħ u l-inbid ġdid u ż-żejt, u intom żgur li tixbgħu bihom;+ u m’iniex se nħallikom iktar tiġu mżebilħin fost il-ġnus.+