Melodija taʼ David meta kien qed jaħrab minħabba Absalom, ibnu.+
3 O Ġeħova, għalfejn kotru daqshekk l-avversarji tiegħi?+
Għala hemm ħafna li qed iqumu kontrija?+
2 Bosta qed jgħidu dwari:
“M’hemmx salvazzjoni għalih minn Alla.”+ Sela.
3 U madankollu, O Ġeħova, int tarka madwari,+
Int il-glorja tiegħi+ u Dak li tgħollili rasi.+
4 B’leħen għoli nsejjaħ lil Ġeħova,
U hu jwiġibni mill-muntanja qaddisa tiegħu.+ Sela.
5 Jien immur nimtedd biex norqod;
U nqum, għax Ġeħova jibqaʼ jwiżinni.+
6 Ma nibżax minn għaxriet t’eluf taʼ nies
Li jinġemgħu kontrija minn kull naħa.+
7 Qum,+ O Ġeħova! Salvani,+ O Alla tiegħi!+
Idrob lill-għedewwa kollha tiegħi fuq ix-xedaq.+
Kisser snien il-ħżiena.+
8 Is-salvazzjoni hi taʼ Ġeħova.+
Il-barka tiegħek qiegħda fuq il-poplu tiegħek.+ Sela.