19 Il-bniedem tas-sengħa sawwab il-metall imdewweb ġo forma biex jagħmel xbieha,+ u l-ħaddiem fil-metall ksieha bid-deheb,+ u qed isawwar il-ktajjen tal-fidda fil-forġa.+
6 Hemm dawk li qed joħorġu kemm jifilħu deheb mill-borża tal-flus, u jiżnu l-fidda bil-lasta tal-miżien. Iqabbdu lil xi ħadd li jaħdem il-metall, u hu jagħmel dan f’alla.+ Imbagħad jinxteħtu fl-art, iva, imilu.+
29 “Għalhekk, ladarba aħna wlied Alla,+ m’għandniex nimmaġinaw li d-Divin+ hu bħad-deheb jew il-fidda jew il-ġebel, bħal xi ħaġa skolpita bl-arti u bl-invenzjoni tal-bniedem.+
24 Għax kien hemm wieħed arġentier jismu Demetriju li kien jagħmel niċeċ tal-fidda t’Artemi u li bihom kien iqallaʼ ħafna flus lin-nies tas-sengħa.+