12 U l-artali li kienu fuq il-bejt+ taʼ l-għorfa t’Aħaż li għamlu s-slaten taʼ Ġuda, u l-artali+ li għamel Manasse fiż-żewġ btieħi tad-dar taʼ Ġeħova, is-sultan ġarrafhom u farrakhom hemmhekk, u tefaʼ t-trab tagħhom fil-wied taʼ Kidron.
3 Għalhekk, reġaʼ bena l-postijiet għall-qima*+ li kien ġarraf+ missieru Ħeżekija, u tellaʼ artali+ lill-Bagħalim+ u għamel arbli sagri,+ u beda jmil+ quddiem l-armata kollha tas-smewwiet+ u jaqdihom.+
13 U d-djar taʼ Ġerusalemm u d-djar tas-slaten taʼ Ġuda se jsiru bħal Tofet,+ mhux nodfa. Dawn huma d-djar kollha li fuq il-bjut tagħhom offrew id-duħħan tas-sagrifiċċji lill-armata kollha tas-smewwiet+ u ferrgħu l-offerti tax-xorb lil allat oħrajn.’”+
29 U l-Kaldin li qed jiġġieldu kontra din il-belt se jidħlu fiha u jagħtuha n-nar u jaħarqu għalkollox din il-belt+ u d-djar li fuq il-bjut tagħhom offrew id-duħħan tas-sagrifiċċji lil Bagħal u ferrgħu l-offerti tax-xorb lil allat oħrajn biex joffenduni.’+