LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Ġenesi 26:12
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 12 U Iżakk beda jiżraʼ ż-​żerriegħa f’dik l-​art,+ u f’dik is-​sena ġabar mitt darba iżjed,+ għax Ġeħova kien qed ibierku.+

  • Levitiku 26:4
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 4 jien żgur li nagħtikom il-​ħalbiet tax-​xita f’waqthom,+ u l-​art trodd l-​uċuħ tagħha,+ u s-​siġar tar-​rabaʼ jagħtu l-​frott tagħhom.+

  • Salm 128:2
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    •  2 Għax int se tiekol mit-​taħbit taʼ idejk.+

      Int tkun hieni u jaħbatlek tajjeb.+

  • Proverbji 3:10
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 10 Imbagħad l-​imħażen tiegħek jimtlew bl-​abbundanza;+ u bl-​inbid ġdid ifuru l-​imgħasar tiegħek.+

  • Proverbji 10:22
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 22 Il-barka taʼ Ġeħova—hi li ġġib l-​għana,+ u hu ma jżid l-​ebda wġigħ magħha.+

  • Żakkarija 8:12
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 12 ‘Għax se jkun hemm iż-​żerriegħa tal-​paċi;+ id-​dielja se tagħti l-​frott tagħha,+ u l-​art se tagħti l-​prodott tagħha,+ u s-​smewwiet se jagħtu n-​nida tagħhom;+ u lil dawk li fadal+ minn dan il-​poplu se nagħtihom li jirtu dawn l-​affarijiet kollha.+

  • Mattew 6:33
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 33 “Mela, ibqgħu fittxu l-​ewwel is-​saltna u s-​sewwa tiegħu,+ u dawn l-​affarijiet l-​oħrajn kollha se jiżdidulkom.+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja