9 u mur għand il-qassisin,+ il-Leviti, u għand l-imħallef+ li jkun qed jaqdi dak iż-żmien, u staqsihom, u jagħtuk il-kelma tad-deċiżjoni ġudizzjarja.+
15 “‘U l-qassisin Levitiċi,+ ulied Sadok,+ li ħadu ħsieb l-obbligu tas-santwarju tiegħi meta wlied Israel żvijaw minn warajja,+ se jersqu lejja biex jaqduni, u se jieqfu quddiemi+ biex jippreżentawli x-xaħam+ u d-demm,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.
6 Il-poplu tiegħi se jgħib, għax m’hemmx għarfien.+ Talli int stess ċħadt l-għarfien,+ jien ukoll se nċaħħdek milli taqdini bħala qassis;+ u talli dejjem tinsa l-liġi t’Alla tiegħek,+ jien, iva, jien, se ninsa lil uliedek.+
7 Għax xofftejn il-qassis għandhom jaħżnu l-għarfien, u minn fommu n-nies għandhom ifittxu l-liġi;+ għax hu l-messaġġier taʼ Ġeħova taʼ l-armati.+