16 U Ġeħova se jgħajjat bħal iljun minn Sijon, u minn Ġerusalemm isemmaʼ leħnu.+ U s-sema u l-art jitriegħdu;+ imma Ġeħova jkun kenn għall-poplu tiegħu,+ u fortizza għal ulied Israel.+
15 Ġeħova taʼ l-armati se jiddefendihom, u huma se jibilgħu+ u jrażżnu l-ġebel taʼ l-iżbandola. Se jixorbu+—se jkunu storbjużi—bħallikieku kien hemm l-inbid; u se jimtlew bħall-iskutella, bħall-kantunieri taʼ l-artal.+