31 Il-profeti qed jipprofetizzaw bil-qerq;+ u l-qassisin qed jiddominaw bil-poter li għandhom.+ U l-poplu tiegħi kien kuntent b’dan;+ u intom x’se tagħmlu meta jasal it-tmiem?”+
26 Il-qassisin tagħha jiksru l-liġi tiegħi,+ u jkomplu jkasbru l-postijiet qaddisin tiegħi.+ Ma jagħmlux distinzjoni+ bejn ħaġa qaddisa u ħaġa komuni,+ u ma jagħrfux+ id-differenza bejn il-ħaġa mhix nadifa u dik nadifa, u jagħlqu għajnejhom+ għas-Sabatijiet tiegħi, u jien imkasbar fosthom.+
6 Il-poplu tiegħi se jgħib, għax m’hemmx għarfien.+ Talli int stess ċħadt l-għarfien,+ jien ukoll se nċaħħdek milli taqdini bħala qassis;+ u talli dejjem tinsa l-liġi t’Alla tiegħek,+ jien, iva, jien, se ninsa lil uliedek.+