113 Faħħru lil Jah!+
Offru tifħir lil Ġeħova, O qaddejja tiegħu,+
Faħħru isem Ġeħova.+
2 Ħa jitbierek isem Ġeħova+
Minn issa ’l quddiem u għal dejjem.+
3 Minn tlugħ ix-xemx sa nżulha+
L-isem taʼ Ġeħova għandu jiġi mfaħħar.+
4 Ġeħova għola ’l fuq mill-ġnus kollha;+
Il-glorja tiegħu hi ’l fuq mis-smewwiet.+
5 Min hu bħal Ġeħova Alla tagħna,+
Hu li jgħammar fl-għoli?+
6 Qed jitbaxxa biex iħares lejn is-sema u l-art,+
7 Iqajjem lill-batut mit-trab;+
Jgħolli lill-fqir mill-ħofra taʼ l-irmied,+
8 Biex iqiegħdu bil-qiegħda man-nobbli,+
Man-nobbli tal-poplu tiegħu.+
9 Jagħti lill-mara li ma jistax ikollha tfal dar fejn tgħammar+
Bħala omm ferħana bl-ulied.+
Faħħru lil Jah!+