LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Salm 22:superskrizzjoni-31
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • Lid-​direttur. Fuq iċ-​Ċerva taż-​Żerniq. Melodija taʼ David.

      22 Alla tiegħi, Alla tiegħi, għala tlaqtni?+

      Għala qiegħed ’il bogħod milli ssalvani,+

      Milli tismaʼ kliem il-​krib tiegħi?+

       2 O Alla tiegħi, bi nhar il-​ħin kollu nsejjaħlek, u int ma twiġibx;+

      Bil-​lejl ukoll, u ma niskotx min-​naħa tiegħi.+

       3 Imma int qaddis,+

      Int tgħammar qalb it-​tifħir taʼ Israel.+

       4 Fik fdaw missirijietna;+

      Fdaw, u int bqajt teħlishom.+

       5 Lilek għajtu,+ u ħarbu salvati;+

      Fik fdaw, u ma kellhomx għalxiex jistħu.+

       6 Imma jien dudu,+ mhux raġel,

      Għajb f’għajnejn il-​bnedmin u disprezzat min-​nies.+

       7 Dawk kollha li qed jarawni jiddieħqu bija;+

      Huma jibqgħu jiftħu ħalqhom beraħ, jibqgħu jxenglu rashom+ u jgħidu:

       8 “Intreħa f’idejn Ġeħova.+ Ħa jsalvah Hu!+

      Ħa jeħilsu hu, ladarba tgħaxxaq bih!”+

       9 Għax kont int li ħriġtni miż-​żaqq,+

      Li nissilt fija l-​fiduċja meta kont maʼ sider ommi.+

      10 F’idejk kont merħi sa mill-​ġuf;+

      Sa minn żaqq ommi int kont Alla tiegħi.+

      11 Iżżommx ’il bogħod minni, għax in-​niket qiegħed qrib,+

      Għax m’għandi lil ħadd ħliefek biex jgħinni.+

      12 Dawruni ħafna barrin żgħar;+

      Il-​barrin setgħanin tal-​Basan daru miegħi.+

      13 Kixfu snienhom għalija,+

      Bħal iljun jgħajjat li jqattaʼ biċċiet il-​priża tiegħu.+

      14 Jien ġejt imsawwab bħall-​ilma,+

      U kull għadma li għandi nqalgħet minn maʼ l-​oħra.+

      Qalbi saret bħax-​xamaʼ;+

      Qed iddub fil-​fond tal-​ġewwieni tiegħi.+

      15 Saħħti nixfitli bħal biċċa fuħħar,+

      U lsieni weħilli mas-​saqaf taʼ ħalqi;+

      Fit-​trab tal-​mewt qegħedtni.+

      16 Għax il-​klieb dawruni;+

      Il-​ġemgħa taʼ dawk li jagħmlu l-​ħażen rassitni.+

      Qed jigdmuli idejja u saqajja+ bħal iljun.

      17 Nistaʼ ngħodd għadmi kollu.+

      Huma jħarsu u jiċċassaw lejja.+

      18 Iqassmu ħwejġi bejniethom,+

      U l-​ilbies tiegħi jtellgħuh bix-​xorti.+

      19 Imma int, O Ġeħova, toqgħodx ’il bogħod.+

      O saħħa tiegħi,+ fittex għinni.+

      20 Eħlisli ruħi mis-​sejf,+

      L-​unika waħda li għandi eħlisli minn id il-​kelb;+

      21 Salvani minn ħalq l-​iljun;+

      Wiġibni u salvani mill-​qrun tal-​barrin salvaġġi.+

      22 Se nxandar ismek+ lil ħuti;+

      F’nofs il-​kongregazzjoni se nfaħħrek.+

      23 Intom li għandkom il-​biżaʼ taʼ Ġeħova, faħħruh!+

      Intom ilkoll minn nisel Ġakobb, igglorifikawh!+

      U ibżgħu minnu, intom ilkoll minn nisel Israel.+

      24 Għax hu la ddisprezza+

      U lanqas stmerr is-​sofferenza taʼ min qed isofri;+

      U ma ħebiex wiċċu minnu,+

      U meta dan sejjaħlu għall-​għajnuna semgħu.+

      25 Għal dak li għamilt se nfaħħrek fil-​kongregazzjoni l-​kbira;+

      Il-​wegħdi tiegħi se rroddhom quddiem dawk li jibżgħu minnu.+

      26 Il-ġwejdin se jieklu u jixbgħu;+

      Dawk li qed ifittxuh se jfaħħru lil Ġeħova.+

      Jalla qlubkom jgħixu għal dejjem.+

      27 It-truf kollha taʼ l-​art se jiftakru f’Ġeħova u jduru lejh.+

      U l-​familji kollha tal-​ġnus se jmilu quddiemek.+

      28 Għax is-​saltna hi taʼ Ġeħova,+

      U hu qed jiddomina lill-​ġnus.+

      29 L-għonja* kollha taʼ l-​art se jieklu u jmilu;+

      Quddiemu dawk kollha li neżlin fit-​trab se jitbaxxew,+

      U ħadd qatt ma se jżomm lil ruħu stess ħajja.+

      30 Se jkun hemm nisel li jaqdih;+

      Se tintgħamel dikjarazzjoni dwar Ġeħova lill-​ġenerazzjoni li jmiss.+

      31 Huma se jiġu u jgħidu dwar is-​sewwa tiegħu+

      Lill-​poplu li għad irid jitwieled, u jgħidu li hu għamel dan.+

  • Isaija 53:1-12
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 53 Min poġġa l-​fidi f’dak li nstemaʼ minna?+ U lil min ġie rivelat+ id-​driegħ taʼ Ġeħova?+ 2 U hu jitlaʼ bħal fergħa+ żgħira quddiem min josservah, u bħal għerq minn art bla ilma. M’għandux sura impressjonanti, u lanqas ġmiel;+ u meta narawh, mhux se jkollu d-​dehra li ġġegħelna nixtiquh.+

      3 Hu kien mistmerr u skartat min-​nies,+ raġel li kien jaf x’inhu l-​uġigħ u kien midħla tal-​mard.+ U bħallikieku dorna biex ma nħarsux lejn wiċċu.+ Hu kien mistmerr, u aħna ma stmajniehx.+ 4 Tassew, hu ġarr il-​mard tagħna;+ u inkwantu għall-​weġgħat tagħna, tgħabba bihom hu.+ Imma aħna nfusna qisnieh bħala wieħed kastigat,+ imsawwat,+ u milqut bis-​sofferenza minn Alla.+ 5 Imma hu kien qed jiġi minfud+ minħabba li aħna ksirna l-​liġi;+ kien qed jitfarrak għall-​iżbalji tagħna.+ Kellu fuqu s-​swat maħsub għall-​paċi tagħna,+ u minħabba l-​feriti tiegħu+ kellna l-​fejqan.+ 6 Ilkoll kemm aħna ġġerrejna ’l hemm u ’l hawn bħal nagħaġ;+ kulħadd dar lejn triqtu; u Ġeħova nnifsu ġiegħel li l-​iżball tagħna lkoll jaqaʼ fuq dak il-​wieħed.+ 7 Hu kien magħkus ferm,+ u ħalla lil min jaħqru;+ madankollu ma fetaħx fommu. Inġieb bħal nagħġa għall-​qatla;+ u bħal nagħġa li timmuta quddiem min iġiżżha, hu wkoll ma fetaħx fommu.+

      8 Kien maħqur u ttieħed mingħajr ma ngħata ġudizzju ġust;+ u min se jkun jimpurtah mid-​dettalji taʼ nislu?+ Għax inqataʼ+ mill-​art tal-​ħajjin.+ Qalaʼ d-​daqqa+ minħabba li l-​poplu tiegħi kiser il-​liġi.+ 9 Il-post għad-​dfin tiegħu jkun mal-​ħżiena,+ u f’mewtu jkun mal-​klassi taʼ l-​għonja,+ minkejja li ma wettaqx xi vjolenza+ u ma kien hemm ebda qerq f’fommu.+

      10 Imma Ġeħova għoġbu jfarrku;+ marrdu.+ Jekk int tħejji lil ruħu bħala offerta għall-​ħtija,+ hu jara lil nislu,+ itawwal jiemu,+ u kulma jogħġob+ lil Ġeħova jirnexxi f’idu.+ 11 Minħabba l-​inkwiet taʼ ruħu hu se jara+ u jkun sodisfatt.+ Permezz taʼ l-​għarfien tiegħu, il-​ġust, il-​qaddej tiegħi,+ se jġib qagħda ġusta lil ħafna nies;+ u l-​iżbalji tagħhom iġorrhom hu.+ 12 Għalhekk, se nagħtih sehem maʼ ħafna,+ u mas-​setgħanin se jqassam il-​priża,+ minħabba l-​fatt li hu ferraʼ ruħu sal-​mewt,+ u kien magħdud maʼ dawk li jiksru l-​liġi;+ u hu nnifsu ġarr id-​dnub taʼ ħafna nies,+ u qabeż għal dawk li jiksru l-​liġi.+

  • Lamentazzjonijiet 4:20
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 20 In-nifs taʼ mnifsejna,+ il-​midluk taʼ Ġeħova,+ inqabad fil-​ħofra kbira tagħhom,+

      Dak li dwaru għedna: “Għad-​dell tiegħu+ se ngħixu fost il-​ġnus.”+

  • Danjel 9:26
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 26 “U wara t-​tnejn u sittin ġimgħa l-​Messija se jinqatel,+ u xejn ma jkollu għalih innifsu.+

      “U l-​poplu taʼ mexxej li għandu jiġi se jagħmilhom ħerba+ l-​belt u l-​post qaddis.+ U tmiemu jkun bl-​għargħar. U sat-​tmiem ikun hemm il-​gwerer; u ħerba hi dik li ġiet deċiża.+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja