6 Ilkoll kemm aħna ġġerrejna ’l hemm u ’l hawn bħal nagħaġ;+ kulħadd dar lejn triqtu; u Ġeħova nnifsu ġiegħel li l-iżball tagħna lkoll jaqaʼ fuq dak il-wieħed.+
26 Wara li qajjem lill-Qaddej tiegħu, Alla għandkom bagħtu l-ewwel+ biex iberikkom billi jdawwar lil kull wieħed minnkom mill-għemejjel mill-agħar tiegħu.”
46 U għalhekk, bi qlubija, Pawlu u Barnaba qalulhom: “Kien meħtieġ li l-kelma t’Alla tintqal lilkom l-ewwel.+ Imma peress li qed twarrbuha minnkom+ u m’intomx tqisu ruħkom denji tal-ħajja taʼ dejjem, ara, aħna se nduru lejn il-ġnus.+
8 Għax jien ngħid li, minħabba li Alla hu taʼ kelmtu,+ Kristu fil-fatt sar ministru+ taʼ dawk li huma ċirkonċiżi+ sabiex jivverifika l-wegħdi+ li Hu għamel lil missirijiethom,