21 Ġesù wieġeb u qalilhom: “Tassew ngħidilkom, Li kieku jkollkom il-fidi u ma tiddubitawx,+ mhux biss tagħmlu dak li għamilt jien lit-tina, imma wkoll jekk tgħidu lil din il-muntanja, ‘Intrefaʼ u nxteħet fil-baħar,’ hekk jiġri.+
23 Tassew ngħidilkom li kulmin jgħid lil din il-muntanja, ‘Intrefaʼ u nxteħet fil-baħar,’ u ma jiddubitax f’qalbu imma jkollu fidi li dak li jgħid se jseħħ, hekk iseħħlu.+
6 Imbagħad il-Mulej qal: “Kieku kellkom fidi daqs żerriegħa tal-mustarda, kontu tgħidu lil din is-siġra tat-tut, ‘Inqalaʼ mill-għeruq u tħawwel fil-baħar!’ u kienet tobdikom.+
2 U kieku għandi l-għotja taʼ l-ipprofetizzar+ u jien midħla tas-sigrieti sagri+ kollha u l-għarfien kollu,+ u għandi l-fidi kollha biex inċaqlaq il-muntanji+ minn posthom, iżda m’għandix imħabba, ma jien xejn.+