15 Għal sebat ijiem għandkom tieklu ħobż bla ħmira. Iva, fl-ewwel jum għandkom twarrbu l-għaġina mħemmra* minn djarkom, għaliex kulmin jiekol dak li hu mħemmer, mill-ewwel jum sas-sebaʼ jum,+ din ir-ruħ trid tiġi maqtugħa minn maʼ Israel.+
15 Trid tħares il-festa tal-ħobż bla ħmira.+ Tiekol il-ħobż bla ħmira+ għal sebat ijiem, bħalma kkmandajtek, fiż-żmien stabbilit fix-xahar taʼ Abib,+ għaliex fih ħriġt mill-Eġittu. U ħadd m’għandu jidher quddiemi b’idu vojta.+