21 Minn dakinhar ’il quddiem Ġesù Kristu beda juri lid-dixxipli tiegħu li kellu jmur Ġerusalemm u jsofri ħafna mix-xjuħ u l-qassisin ewlenin u l-iskribi, u li kellu jiġi maqtul, u fit-tielet jum jiġi mqajjem.+
32 Issa huma kienu fit-triq telgħin lejn Ġerusalemm, u Ġesù kien miexi quddiemhom, u baqgħu mistagħġbin; imma dawk li kienu ġejjin wara bdew jibżgħu. Għal darb’oħra ġibed lit-tnax fil-ġenb u beda jgħidilhom dak li kellu jgħaddi minnu:+