LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Isaija 53:1-12
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 53 Min poġġa l-​fidi f’dak li nstemaʼ minna?+ U lil min ġie rivelat+ id-​driegħ taʼ Ġeħova?+ 2 U hu jitlaʼ bħal fergħa+ żgħira quddiem min josservah, u bħal għerq minn art bla ilma. M’għandux sura impressjonanti, u lanqas ġmiel;+ u meta narawh, mhux se jkollu d-​dehra li ġġegħelna nixtiquh.+

      3 Hu kien mistmerr u skartat min-​nies,+ raġel li kien jaf x’inhu l-​uġigħ u kien midħla tal-​mard.+ U bħallikieku dorna biex ma nħarsux lejn wiċċu.+ Hu kien mistmerr, u aħna ma stmajniehx.+ 4 Tassew, hu ġarr il-​mard tagħna;+ u inkwantu għall-​weġgħat tagħna, tgħabba bihom hu.+ Imma aħna nfusna qisnieh bħala wieħed kastigat,+ imsawwat,+ u milqut bis-​sofferenza minn Alla.+ 5 Imma hu kien qed jiġi minfud+ minħabba li aħna ksirna l-​liġi;+ kien qed jitfarrak għall-​iżbalji tagħna.+ Kellu fuqu s-​swat maħsub għall-​paċi tagħna,+ u minħabba l-​feriti tiegħu+ kellna l-​fejqan.+ 6 Ilkoll kemm aħna ġġerrejna ’l hemm u ’l hawn bħal nagħaġ;+ kulħadd dar lejn triqtu; u Ġeħova nnifsu ġiegħel li l-​iżball tagħna lkoll jaqaʼ fuq dak il-​wieħed.+ 7 Hu kien magħkus ferm,+ u ħalla lil min jaħqru;+ madankollu ma fetaħx fommu. Inġieb bħal nagħġa għall-​qatla;+ u bħal nagħġa li timmuta quddiem min iġiżżha, hu wkoll ma fetaħx fommu.+

      8 Kien maħqur u ttieħed mingħajr ma ngħata ġudizzju ġust;+ u min se jkun jimpurtah mid-​dettalji taʼ nislu?+ Għax inqataʼ+ mill-​art tal-​ħajjin.+ Qalaʼ d-​daqqa+ minħabba li l-​poplu tiegħi kiser il-​liġi.+ 9 Il-post għad-​dfin tiegħu jkun mal-​ħżiena,+ u f’mewtu jkun mal-​klassi taʼ l-​għonja,+ minkejja li ma wettaqx xi vjolenza+ u ma kien hemm ebda qerq f’fommu.+

      10 Imma Ġeħova għoġbu jfarrku;+ marrdu.+ Jekk int tħejji lil ruħu bħala offerta għall-​ħtija,+ hu jara lil nislu,+ itawwal jiemu,+ u kulma jogħġob+ lil Ġeħova jirnexxi f’idu.+ 11 Minħabba l-​inkwiet taʼ ruħu hu se jara+ u jkun sodisfatt.+ Permezz taʼ l-​għarfien tiegħu, il-​ġust, il-​qaddej tiegħi,+ se jġib qagħda ġusta lil ħafna nies;+ u l-​iżbalji tagħhom iġorrhom hu.+ 12 Għalhekk, se nagħtih sehem maʼ ħafna,+ u mas-​setgħanin se jqassam il-​priża,+ minħabba l-​fatt li hu ferraʼ ruħu sal-​mewt,+ u kien magħdud maʼ dawk li jiksru l-​liġi;+ u hu nnifsu ġarr id-​dnub taʼ ħafna nies,+ u qabeż għal dawk li jiksru l-​liġi.+

  • Danjel 9:26
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 26 “U wara t-​tnejn u sittin ġimgħa l-​Messija se jinqatel,+ u xejn ma jkollu għalih innifsu.+

      “U l-​poplu taʼ mexxej li għandu jiġi se jagħmilhom ħerba+ l-​belt u l-​post qaddis.+ U tmiemu jkun bl-​għargħar. U sat-​tmiem ikun hemm il-​gwerer; u ħerba hi dik li ġiet deċiża.+

  • Atti 4:28
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 28 sabiex jagħmlu dak li idek u l-​iskop tiegħek iddeterminaw minn qabel li għandu jseħħ.+

  • 1 Pietru 1:11
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 11 Huma baqgħu jistħarrġu liema żmien partikulari+ jew liema xorta taʼ żmien l-​ispirtu+ li kellhom fihom kien qed jindika dwar Kristu+ meta xehed minn qabel dwar it-​tbatijiet taʼ Kristu+ u dwar l-​affarijiet glorjużi+ li kellhom jiġu wara.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja