Ġenesi
10 U dan hu r-rakkont storiku taʼ Sem, Ħam, u Ġafet, ulied Noè.+
Issa wara d-dilluvju bdew jitwildulhom l-ulied.+ 2 Ulied Ġafet kienu Gomer,+ Magog,+ Madaj,+ Ġawan,+ Tubal,+ Mesek,+ u Tiras.+
3 U wlied Gomer kienu Askenaż,+ Rifat,+ u Togarma.+
4 U wlied Ġawan kienu Elisa,+ Tarsis,+ Kittim,+ u Dodanim.+
5 Minn dawn, l-abitanti tal-gżejjer tal-ġnus xterdu fil-pajjiżi tagħhom, kollha skond l-ilsna tagħhom, skond il-familji tagħhom, u skond il-ġnus tagħhom.
6 U wlied Ħam kienu Kus,+ Misrajm,*+ Put,+ u Kangħan.+
7 U wlied Kus kienu Seba,+ Ħawila, Sabta, Ragħma,+ u Sabteka.
U wlied Ragħma kienu Xeba u Dedan.+
8 U Kus nissel lil Nimrod.+ Dan kien l-ewwel wieħed li sar setgħan fuq l-art. 9 Hu wera li kien kaċċatur setgħan kontra Ġeħova. Huwa għalhekk li hemm qawl: “Bħal Nimrod, kaċċatur setgħan kontra Ġeħova.”+ 10 U l-bidu taʼ saltnatu kienu Babel,+ Erek,+ Akkad, u Kalne, fl-art tas-Sinar.+ 11 Minn din l-art mar l-Assirja+ u bena Ninwe,+ Reħobot-Ir, Kalaħ, 12 u Resen bejn Ninwe u Kalaħ: din hi l-belt il-kbira.
13 U Misrajm+ nissel lil Ludim,+ Għanamim, Leħabim, Naftuħim,+ 14 Patrusim,+ Kasluħim+ (li minnu ħarġu l-Filistin),+ u Kaftorim.+
15 U Kangħan nissel lil Sidon+ l-ewwel imwieled tiegħu u lil Ħet,+ 16 lill-Ġebusin,+ lill-Amurrin,+ lill-Girgasin, 17 lill-Ħiwwin,+ lill-Għarkin, lis-Sinin, 18 lill-Arwadin,+ lis-Semarin, u lill-Ħamatin;+ u mbagħad il-familji tal-Kangħanin xterdu. 19 Għalhekk, il-fruntiera tal-Kangħanin kienet minn Sidon sa Gerar,+ ħdejn Gaża,+ u sa Sodoma, Gomorra,+ Adma,+ u Sebojim,+ ħdejn Lasa. 20 Dawn kienu wlied Ħam skond il-familji tagħhom, skond l-ilsna tagħhom, fil-pajjiżi tagħhom, skond il-ġnus tagħhom.
21 U lil Sem, li hu l-missier tal-qedem taʼ l-ulied kollha t’Għeber+ u li hu ħu Ġafet il-kbir, twildulu l-ulied ukoll. 22 Ulied Sem kienu Għelam,+ Assur,+ Arfaksad,+ Lud, u Aram.
23 U wlied Aram kienu Uż, Ħul, Geter, u Mas.+
24 U Arfaksad nissel lil Selaħ,+ u Selaħ nissel lil Għeber.
25 U lil Għeber twildulu żewġ subien. Wieħed kien jismu Peleg,*+ għax fi żmienu l-art ġiet maqsuma;+ u ħuh kien jismu Ġoktan.+
26 U Ġoktan nissel lil Almodad, Selef, Ħasarmawet, Ġeraħ,+ 27 Ħadoram, Użal, Dikla,+ 28 Għobal, Abimagħel, Xeba,+ 29 Ofir,+ Ħawila,+ u Ġobab;+ dawn kollha kienu wlied Ġoktan.
30 U l-post fejn kienu jgħammru kien minn Mesa sa Sefar, ir-reġjun muntanjuż tal-Lvant.
31 Dawn kienu wlied Sem skond il-familji tagħhom, skond l-ilsna tagħhom, fil-pajjiżi tagħhom, skond il-ġnus tagħhom.+
32 Dawn kienu l-familji taʼ wlied Noè skond id-dixxendenza tal-familja tagħhom, skond il-ġnus tagħhom, u minn dawn xterdu l-ġnus fuq l-art wara d-dilluvju.+