23 Fuq il-muntanja għolja taʼ Israel inħawwilha,+ u toħroġ il-friegħi u tagħmel il-frott+ u ssir siġra taċ-ċedru maestuża.+ U taħtha jgħammru għasafar taʼ kull tip; f’dell il-weraq tagħha jgħammru.+
6 Il-ħlejjaq kollha li jtiru fis-smewwiet bejtu+ fuq il-friegħi tagħha; u taħt iz-zkuk tagħha wildu l-bhejjem salvaġġi kollha tar-rabaʼ,+ u l-ġnus kotrana kollha għammru għad-dell tagħha.
12 Il-weraq tagħha kien sabiħ, u l-frott tagħha kotran, u kien hemm ikel għal kulħadd fuqha. Taħtha l-bhejjem+ tar-rabaʼ kienu jfittxu d-dell,+ u fuq il-friegħi tagħha kienu jgħammru l-għasafar tas-smewwiet,+ u minnha kien jiekol kulħadd.