7 Għalhekk, dak id-dixxiplu li Ġesù kien iħobb+ qal lil Pietru:+ “Dak il-Mulej!” Għaldaqstant, malli semaʼ li kien il-Mulej, Xmun Pietru tħażżem bil-libsa tiegħu, għax kien bla ħwejjeġ, u ntefaʼ l-baħar.
20 X’ħin ħares lura, Pietru ra miexi warajhom lid-dixxiplu li Ġesù kien iħobb,+ dak li fl-ikla taʼ fil-għaxija kien ukoll intelaq lura fuq sidru u qallu: “Mulej, min hu dak li se jittradik?”