3 Għax jien se nferraʼ l-ilma fuq l-għatxan,+ u n-nixxigħat fuq il-post niexef.+ Se nferraʼ l-ispirtu tiegħi fuq nislek,+ u l-barka tiegħi fuq id-dixxendenti tiegħek.
28 “U wara dan irid iseħħ li jien inferraʼ l-ispirtu tiegħi+ fuq kull xorta taʼ bnedmin,+ u wliedkom subien u bniet+ jipprofetizzaw. U x-xjuħ tagħkom joħolmu ħolm. U ż-żgħażagħ tagħkom jaraw viżjonijiet.
7 Madankollu, qed ngħidilkom il-verità, Hu għall-ġid tagħkom li se nitlaq. Għax jekk ma nitlaqx, l-ajjutant+ żgur ma jiġix għandkom; iżda jekk immur, nibagħthulkom.
17 ‘“U fl-aħħar jiem,” jgħid Alla, “inferraʼ ftit mill-ispirtu tiegħi+ fuq kull xorta taʼ bnedmin, u wliedkom subien u bniet jipprofetizzaw u ż-żgħażagħ tagħkom jaraw viżjonijiet u x-xjuħ tagħkom joħolmu ħolm;+