LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Isaija 9:6
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 6 Għax twildilna tifel,+ ngħatalna iben;+ u l-​ħakma taʼ prinċep se tkun fuq spalltu.+ U ismu jissejjaħ Kunsillier taʼ l-​Għaġeb,+ Alla Setgħan,+ Missier Etern,+ Prinċep tal-​Paċi.+

  • Isaija 11:10
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 10 U jrid iseħħ f’dak il-​jum+ li jkun hemm l-​għerq taʼ Ġesse+ wieqaf bħala sinjal għall-​popli.+ Il-​ġnus ukoll se jduru lejh biex jistaqsuh,+ u l-​post taʼ mistrieħ tiegħu se jsir glorjuż.+

  • Isaija 52:15
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 15 daqstant ieħor se jaħsad lil ħafna ġnus.+ Is-​slaten se jagħlqu ħalqhom meta jarawh,+ għax se jaraw dak li ma ntqalilhomx, u se jkollhom jikkunsidraw dak li ma semgħux.+

  • Ġeremija 23:5
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 5 “Ara! Ġej żmien,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “meta lil David inqajjimlu rimja ġusta.+ U jkun hemm sultan li jsaltan+ u jaġixxi bil-​għaqal u jagħmel il-​ġustizzja u s-​sewwa fil-​pajjiż.+

  • Mikea 5:2
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 2 “U int, O Betlehem t’Efrata,+ li int ċkejkna wisq biex tkun fost l-​eluf taʼ Ġuda,+ minnek+ għad joħroġli dak li għandu jsir ħakkiem f’Israel,+ li l-​oriġini tiegħu hi mill-​qedem, mill-​jiem taʼ żmien twil ilu.*+

  • Żakkarija 13:7
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 7 “O sejf, stenbaħ kontra r-​ragħaj tiegħi,+ kontra r-​raġel b’saħħtu li hu sieħbi,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati. “Idrob lir-​ragħaj,+ u ħa jitferrxu dawk tal-​merħla;+ u żgur li rreġġaʼ idi lura fuq dawk li huma insinifikanti.”+

  • Malakija 3:1
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 3 “Ara! Qed nibgħat lill-​messaġġier tiegħi,+ u jrid iħejji triq quddiemi.+ U f’daqqa waħda jiġi fit-​tempju Tiegħu+ l-​Mulej il-​veru,*+ li lilu qegħdin tfittxu, u jiġi l-​messaġġier+ tal-​patt+ li bih titgħaxxqu.+ Ara! Jiġi żgur,” qal Ġeħova taʼ l-​armati.+

  • Luqa 24:44
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 44 Imbagħad qalilhom: “Dan hu l-​kliem li għedtilkom waqt li kont għadni magħkom,+ li kulma hemm miktub dwari fil-​liġi taʼ Mosè u fil-​Profeti+ u fis-​Salmi+ jrid jitwettaq.”

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja