3 Hu kien mistmerr u skartat min-nies,+ raġel li kien jaf x’inhu l-uġigħ u kien midħla tal-mard.+ U bħallikieku dorna biex ma nħarsux lejn wiċċu.+ Hu kien mistmerr, u aħna ma stmajniehx.+
5 Imma hu kien qed jiġi minfud+ minħabba li aħna ksirna l-liġi;+ kien qed jitfarrak għall-iżbalji tagħna.+ Kellu fuqu s-swat maħsub għall-paċi tagħna,+ u minħabba l-feriti tiegħu+ kellna l-fejqan.+