3 Għax permezz tal-qalb tajba mhix mistħoqqa li ntwerejt, ngħid lil kull wieħed minnkom biex ma jaħsibx li hu xi ħaġa iktar milli hu xieraq;+ imma jaħseb b’tali mod li jkollu moħħ f’loku,+ kull wieħed skond il-qjies+ taʼ fidi+ li tah Alla.
5 Mhux għax aħna minna nfusna kwalifikati biżżejjed biex inqisu li xi ħaġa ġejja minna stess,+ imma l-fatt li aħna kwalifikati biżżejjed ġej minn Alla,+
11 Jien sirt bniedem bla raġuni. Intom ġegħeltuni+ nsir hekk, għax imissni ġejt rikkmandat minnkom. Għax lanqas f’ħaġa waħda ma wrejt li jien inferjuri għall-appostli raffinati żżejjed+ tagħkom, anki jekk ma jien xejn.+