15 Imma jien ma nqdejt bl-ebda wieħed minn dawn il-provvedimenti.+ Tabilħaqq, ma ktibtx dan biex nibda nagħmel hekk, għax ikun aħjar għalija li mmut milli—ebda bniedem m’hu se jġib fix-xejn ir-raġuni tiegħi għall-ftaħir!+
9 iżda meta kont preżenti magħkom u ġejt fil-bżonn, ma kont taʼ piż għal ħadd,+ għax l-aħwa li ġew mill-Maċedonja+ pprovdew bl-abbundanza dak li kien jonqosni. Iva, b’kull mod bqajt ma nkunx taʼ piż għalikom u hekk se nibqaʼ.+
9 Aħwa, intom żgur li żżommu f’moħħkom it-taħbit u t-tbatija tagħna. Ħdimna+ lejl u nhar, biex ma nkunux taʼ piż finanzjarju għal xi ħadd minnkom,+ waqt li ppridkajnielkom l-aħbar tajba t’Alla.