8 Hu jiblaʼ l-mewt għal dejjem,+ u l-Mulej Sovran Ġeħova se jimsaħ id-dmugħ mill-uċuħ kollha.+ U t-tmaqdir tal-poplu tiegħu se jneħħih mill-art kollha,+ għax Ġeħova qalu dan.
4 U jixxottalhom kull demgħa+ minn għajnejhom, u ma jkunx hemm iżjed mewt,+ u la niket u la għajat u lanqas uġigħ.+ L-affarijiet taʼ qabel ikunu spiċċaw.”+